L-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-pulizija kkonferma li mara talbet l-assistenza wara argument, li sorsi qalulna li kien jinvolvi lil pulizija Paul Sheehan. Intalbet ukoll ambulanza fi Triq Nicolas Cottoner fil-Gżira.
Għalkemm għadna qed nikkonfermaw jidher li l-kuntistabbli Paul Sheehan iddaħħal l-isptar ibati minn uġigħ f'sidru. S'issa ġie stabbilit li kien hemm sejħa għall-ambulanza fid-dar tar-residenza ta' Sheehan. Sorsi qalulna li membru tal-familja ta' Sheehan assalta l-pulizija jew maġistrat, iżda din l-informazzjoni għad trid tiġi kkonfermata. Li żgur hu li kienet qed issir inkjesta fi Triq Nicolas Cutajar fejn jgħix Sheehan għalkemm inizjalment kien maħsub li l-pulizija marret hemm biex tiġbor lil Sheehan.
Ġejna infurmati li Sheehan kellu jiġi miġbur mill-pulizija llejla waranofsinhar wara li l-PN għamlu konferenza stampa fejn qalu li Sheehan kellu jittella' l-qorti llejla wara nofsinhar.