[AĠĠORNAT - 3] Sheehan ilmenta li reġa qed iħoss uġiegħ f'sidru

Ambulanza mistennija terġa tieħu lil Sheehan l-isptar

Paul Sheehan dieħel il-qorti
Paul Sheehan dieħel il-qorti

Paul Sheehan meta sar jaf li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest ilmenta li ħass uġiegħ f'sidru u ssejħet ambulanza biex tieħdu l-isptar. Jumejn ilu meta kien hemm il-pulziija jinvestigaw il-każ fit-triq fejn joqgħod ma' ommu inqalgħet kwistjoni fejn kien ittieħed l-isptar b'uġiegħ f'isdru u kien inħareġ l-isptar il-bieraħ.

 

Il-kuntistabbli Paul Sheehan ittella' l-qorti b'arrest u qed jiġi akkuzat b'attentat ta' qtil wara l-inċident fi Triq Edgar Bernard fil-Gżira tal-ġimgħa l-oħra. Dan meta x-xufier tal-Ministru spara lejn Brittaniku li laqat il-mera tal-karozza tal-ministru. Dwar dan l-inċident l-Oppożizzjoni qed titlob għat-tneħħija tal-Ministru Mallia.

Il-Kuntistabbli Paul Sheehan wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta' attentat ta' qtil u li uża l-vjolenza kontra sewwieq ieħor. Id-difiża mmexxija minn Edward Gatt talbet għal ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni qalet li ma taqbilx għax għad hemm xhieda li jridu jitilgħu. Il-prosekuzzjoni hi mmexxija mill-membru tas-CID Saviour Baldacchino li qal li Sheehan kien arrestat fl-għassa tal-Imsida u kien meħlus wara li kien għamel l-istqarrija tiegħu.

Il-Maġistrat Giovanni Grixti ssospenda l-kamra sa ma jikkonsidra Sheehan għandux jingħata l-libertà proviżorja u fil-fatt laqa t-talba tal-prosekuzzjoni u DSheehan inżamm arrestat u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest

 

 

More in Qrati u Pulizija