Fil-qorti tal-maġsitrati illejla ittella b'arrest quddiem il-Maġsitrat Giovanni Grixti, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, Paul Sheehan li kien akkużat b'attentat ta' qtil. Il-kuntistabbli Sheehan wieġeb li mhux ħati għall akkużi u permezz tal-avukat tiegħu Edward Gatt talab il-liberta proviżorja. Iżda l-prosekuzzjoni mmexxija mill-membru tas-CID, Saviour Baldacchino ma qablitx ma' dan minħabba l-fatt li kien hemm għadd ta' xhiedha li riedu jitilgħu jixhdu fil-każ li hu spara fuq il-karrozza ta' Skoċċiż li laqat il-mera tal-karrozza mini9sterjali li kien qed isuq hu.
Il-maġistrat Grixti issospenda l-kamra għal ftit ħin biex jiddelibera fuq jekk jagħtix il-ħelsien mill-arrest lil Sheehan jew le u fil-fatt iddeiċieda li dan jibqa arrestat. Dak il-ħin Paul Sheehan ilmenta minn uġiegħ f'sidru u ssejħet ambulanza biex tieħdu l-isptar. Jumejn ilu meta kien hemm il-pulizija jinvestigaw il-każ fit-triq fejn joqgħod ma' ommu inqalgħet kwistjoni fejn ukoll kien ittieħed l-isptar ibati b'uġiegħ f'isdru u fil-fatt inħareġ mill-isptar il-bieraħ.