Daphne Caruana Galizia mitluba tħallas €101,000 VAT

Daphne Caruana Galizia qed tikkontesta din is-somma li tgħid li hi għandha 'l fuq minn €560,000 mhux dikjarati li trid tħallas 18% VAT fuqhom

Daphne Caruana Galizia issejħet mill-VAT department tbiex tħallas is-somma li għandha tagħti ta'  €101,194, wara li audit tat-taxxa fuq id-dħul tagħha mill-2004 sal-2012 ipproduċa estimi ta' madwar €562,191 fi dħul mhux dikjarat mnill-produzzjoni tal-magazine għal Standard Publications, fost sorsi oħra ta' dħul.

Skont dokumenti tal-qorti, l-artikolista ta' The Malta Independent qed tiffaċċja 'tax assesments' fuq id-dikjarazzjonijiet tad-dħul u l-VAT,

Dipożiti fil-bank ġew esebiti l-qorti mid-dipartiment tal-VAT fejn hemm reġistrat ammont ta' €1 miljun  u €13,883 fl-akkont ta' Caruana Galizia fl-aħħar 10 snin li minnhom €320,000 ġew miġbuda bħala estimi mis-sezzjoni tat-'tax audits' għas-snin bejn l-2004 u l-2007.

Skont id-dokumenti tal-qorti, id-direttur tal-VAT qal li bejn l-1999 u l-2013 Caruana Galizia issotemettiet 13 il-dikjarazzjoni tat-taxxa li fihom kien hemm neqsin xi dħul.

Fl-2007 id-dipartiment f'żewġ okkażżjonijiet kien informa lil Caruana Galizia li tpoġġi s-somom korretti u anke kien heddidha li jieħu passi kriminali kontra tagħha, għalkemm għadu mhux ċar x'azzjoni ħa d-dipartiment.

Fl-2012 id-dipartiment reġa kiteb lil Caruana Galizia fejn talabha s-somma ta' €20,762 biex fl-14 ta' Marzu 2014 it-TCU infurmaha dwar l-estimi ta' dak il-VAT li ma tħallasx.  

It-Tax audits tat-TCU ħejja skeda ta' dħul minn dak li qal li kien dħul minn impjieg mhux dikjarat bejn l-2003 u l-2004, Taste Cooking School, u dipożiti fil-bank bejn l-2008 u l-2013. 

Taħt il-kuntratt tagħha ma' Standard Publications, Caruana Galizia – li kienet tinnegozja bħala Proximus Publishing – ħallset lil pubblikaturi ta' The malta Independent nofs il-proċedimenti netti tad-dħul mir-reklamar għal Taste & Flair Magazine, barra l-ispejjeż tal-printing. 

Caruana Galizia qed tikkontesta l-estimi fejn qalet li ma ġewx maħduma tajjeb u ġust u li huma bażati fuq fatti inkorretti. 

Hi qed targumenta li mhux id-depożiti kollha jikostitwixxu dħul, għax dawn jinkludu flus mingħand żewġha bie xtħallas l-ispejjeż tad-dar, trasferimenti minn organizazzjonijiet barranin, ħlasijiet minn libelli mirbuħa, bejgħ ta' gġamara li ma kelliex bżonn aktar, rigali u anke flus li kellha tingħata minn membri tal-familja. 

Hi qalet lit-tribunal li d-dipartiment tal-VAT itratta kull depożitu li sar fl-akkont tal-bank tagħha bħala taxxabbli.


Caruana Galizia argumentat li hi gġħandha akkont kurrenti wieħed li tużah għat-transazzjonijiet personali u anke tax-xogħol li jinkludi wkoll id-dħul mill-magazine Taste & Flair għal Malta Independent, u anke l-ħlasijiet li tieħu mill-artikli li tikteb għal The Malta Independent u anke għall-ispejjeż bie xjiġi prodott il-magazine. 
 

More in Qrati u Pulizija