Raġel li kien involut fil-ġlieda ta’ 30 ruħ f’Bormla bejn żewġ familji, reġa’ ntbagħat fil-kustodja tal-pulizija wara li hedded lill-ispettur quddiem il-maġistrat. L-istess raġel qed jaffaċja sentenza ta’ attentat ta’ qtil minħabba l-involviment tiegħu fl-istess ġlieda. Il-ġlieda nqalgħet wara argument fuq logħba futbol tal-5-a-side il-ġurnata ta’ qabel l-istess ġlieda.
L-erba’ aħwa, Frederick Dalli ta’ 32 sena, ħuh tar-rispett, Charlston Cassar ta’ 22 sena, Redent Cassar ta’ 20 sena u ħuhom ta’ 17-il sena li ismu ma jistax jissemma’ għaliex hu taħt l-età, kollha qed jiċħdu l-akkużi miġjuba kontrihom dwar l-involviment tagħhom fil-ġlieda ta’ Bormla.
“Ħa ngħidlek, Sur Spettur, jekk ma nkunx l-isptar għada...” qal Charlston Cassar waqt li pponta subgħajh lejn l-Ispettur. Dan ġara kollu quddiem il-Maġistrat hekk kif Cassar insista li jkun l-isptar mat-tfajla tiegħu minħabba li kienet se twelled.
Min-naħa tiegħu, l-ispettur Josric Mifsud talab għall-protezzjoni. Cassar ġie mwaqqaf milli jkompli s-sentenza minn pulizija oħrajn u l-avukat tiegħu. Waqt li Cassar kien qed jiġi skortat barra mill-awla, l-ispettur wieġbu, “dik problema tiegħek”, però Cassar kien pront biex jerġa’ jwieġeb u qallu, “dik problema tiegħek.”
Dan intqal wara li l-avukat ta’ Cassar, Dean Hili talab biex Charlston u Redent Cassar joħroġ fuq pleġġ. Id-deċiżjoni mistennija tittieħed iktar tard wara li x-xhieda jitkellmu.