Żagħżugħ ta' 27 sena f'qagħda kritika wara ħabta
Ġuvni kritiku wara ħabta fil-Furjana
More in Qrati u Pulizija
Ġuvni kritiku wara ħabta fil-Furjana
Ġuvni jinsab fil-periklu tal-mewt wara kollużjoni ma’ siġra llum, 5 ta’ Diċembru, 2014, għall-ħabta tas-1.15am, fi Triq Nazzjonali, Floriana.
Il-vittma, li għandu 27 sena u joqgħod San Pawl il-Baħar, kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Opel Astra fid-direzzjoni ta’ Blata l-Bajda.
Il-ġuvni nħareġ mill-vettura f’ħidma konġunta bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maħtura mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.