Il-Kamra tal-avukati turi tħassib serju tagħha għal dak propost mill-gvern għar-rigward tal-kuntratti tal-kummissarju tal-pulizija u ta' uffiċċjali għolja fil_korp tal-Pulizija u ta' uffiċjali għolja fil-korp tal-pulizija u ċioe li dawn jingħataw kuntratt definit għal tliet snin, liema kuntratt ikun jista jiġġedded skont il-performance ta' dak li jkun.
Il-kamra qed tgħid li hi tirrikonoxxi li dawn it-tip ta' kuntratti saru popolari ħafna meta jiġu ngaġġati nies f'ċertu pożizzjonijiet maniġerjali, iżda tħoss li dan il-metodu ta' impjieg m'għandux jintuża f'ċerti karigi bħal fil-każ tal-pulizija li m'għandix ikollha xi inċentiv biex tingħoġob mal-eżekuttiv għoli fil-qadi ta' dmirijietha.
Il-kamra tal-avukati hi tal-fehma li l-kummissarju tal-pulizija u l-uffiċjali għolja fil_Korp għandhom ikollhom il-liberta u s-serenita li jaqdu dmirhom kemm jista jkun bl-aktar mod ħieles u awtonomu mill-Eżekuttiv.