Libertà Proviżorja għal Paul Sheehan
Ftit tal-ħin ilu, fil-Qorti tal-Maġistrati, ix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, ingħata l-libertà proviżorja, b’numru ta’ kundizzjonijiet. Fost l-akkużi li ġew miġjuba kontra Sheehan fil-Qort, kien hemm akkuża ta’ attentat ta’ qtil.
Sheehan qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Stephen Smith wara li fid-19 ta’ Novembru li għadda, spara lejn il-karozza ta’ Smith wara li l-istess Smith laqat il-karozza ministerjali li tagħha kien ix-xufier Sheehan.
Sheehan wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih li fosthom hemm l-attentat ta’ qtil, li volontarjament ikkawża danni fuq vettura, uża l-vjolenza fil-konfront ta’ Smith, uża arma tan-nar f’post pubbliku u qabeż il-limiti tal-awtorità li kellu bħala uffiċjal tal-Pulizija.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja ta l-libetà proviżorja lil Sheehan fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000. Huwa huwa wkoll mitlub jiffirma fl-għassa tliet darbiet f’ġimgħa u ma jersaqx lejn ix-xhieda.
Il-każ ġie diferit għal Jannar li ġej.