Raġel ta’ 55 sena mis-Sudan li joqgħod Ħal-Balzan jinsab f’qagħda kritika wara li allegatament qala’ xi daqqiet ta’ sikkina meta kien hemm argument f’residenza fi Triq id-Duluri, fil-Ħamrun,
Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, żewġt irġiel daħlu fl-għassa tal-Ħamrun biex jagħmlu rapport għall-argument li nqala’. Minkejja dan, issejħet l-ambulanza l-għassa minħabba li t-tnejn li huma kellhom ħwejjiġhom imtebba’ bid-demm.
Mill-ewwel investigazzjonijiet, deher li kien hemm argument ftit tal-ħin qabel, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija fejn ir-raġel ta’ 55 sena ġie ferut gravement meta ntlaqat minn arma li taqta’. Il-persuna l-oħra, li huma raġel mis-Sudan, ta’ 46 sena li joqgħod il-Ħamrun stess, ġie ferut ukoll u ġie ċċertifikat li kellu xi ġrieħi ħfief.
Raġel mis-Somalja qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jgħin fl-investigazzjonijiet. Issejħet ukoll inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ.