Jose Herrera irriversja fuq karrozza pparkjata u baqa' sejjer

Din l-istorja ħarġet mill-midja tal-PN u l-Malta Today talbet kummenti mis-segretarju Parlamentari iżda ma ġewx imwieġba

Malta Today qed jitolbu xi tip ta' risposta mingħand is-segretarju parlamentari, Jose Herrera wara li l-bieraħ filgħaxija għal ħabta tas-7 p.m. daħal b'lura f'Peugeot ipparkjata fil-Ħamrun u baqa' sejjer.

Dan ġie rivelat fil-midja tal-PN fejn ġie rappurtat ukoll li numru ta' persuni qrib Herrera marru d-dar tiegħu Ħal-Lija biex jispezzjonaw il-karrozza li kien qed isuq u dawn rikbu fil-karrozza u saqu biha.

Hu magħruf li sar rapport fl-għassa tal-Ħamrun.

More in Qrati u Pulizija