Tfajla ta' 14-il sena rrapurtata nieqsa

Marilyn Cernigliaro l-aħħar li dehret kien B'Kara


 Hi twila ħames piedi u erba’ pulzieri, rqiqa, għandha xagħrha twil u skur u dehret l-aħħar liebsa hoody roża u qalziet u trainers suwed nhar il-15 ta’ Diċembru, 2014, għall-ħabta tal-10.30 a.m., f’Birkirkara.
 
Kull min għandu xi informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna huwa ġentilment mitlub jgħaddiha, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri 119 jew 2122 4001 jew fl-eqreb għassa tal-pulizija.
 
Żewġ ritratti qed jiġu mehmuża ma’ din l-istqarrija.
 
 

More in Qrati u Pulizija