"Kollha nobgħodkom lis-suwed" ....u kissrilha tliet sinniet

Mara Afrikana irrakuntat fil-qorti kif ġiet msawta bl-uniku tort tagħha hu li sewda

Mara li kienet qiegħdha fil-kju biex issarraf ċekk f'Exchange Bureau Buġibba ġiet mogħtija xebgħa minn Joseph Apap ta' 43 sena minn Buġibba.

Fauth Jess Mohammed fil-qorti rrakuntat x'ġara eżatt meta qalet li waqt li kienet mal-cashdesk Apap li meta kienet fil-kju hu ma kienx hemm beda jgħidilha biex tħaffef. U beda jgħajjat "you f***** blacks, morru lura lejn pajjiżkom." Il-mara qaltlu biex jikkalma għax dalwaqt kienet lesta iżda hu aktar beda jgħajjarha.

Beda jgħidilha li hu jobgħod lis-suwed kollha u se joqtolhom kollha filwaqt li qalilha li huma mhux milqugħin f'pajjiżna. Dan qal dan il-kliem lilha u lil ħabiba tagħha qabel attakkaha fejn beda jagħtiha bil-ponn fuq wiċċha sa ma waslu l-pulizija. Meta waslet is-surġent tal-pulizija Francesca Quattromanisabitu bil-qiegħġdha fuq il-mara jagħtiha bil-ponn fuq wi11ha fejn hi qalet li kien hemm ħafna demm u kien hemm xi snien mal-art.

Il-maġistrat Doreen Clarke ma tatx lir-raġel ċans li joħroġ fuq pleġġ u nżamm arrestat. Joseph Apap wieġeb li mhux hati. L-ispettur tal-pulizija Maurice Curmi hu l-prsoekutur fil-każ u Apap hu megħjun mill-avukat Christopher Chircop

 

 

 

More in Qrati u Pulizija