Purtinar akkużat bi vjolenza sesswali fuq 22 tfal f'kindergarten
Il-purtinar qed jgħid li hu innoċenti
More in Qrati u Pulizija
Il-purtinar qed jgħid li hu innoċenti
Purtinar ta' 51 sena minn Aretino f'Arezzo ġie akkużat bi vjolenza sesswali fuq 22 tfal f'kindergarten fejn kien jaħdem. Dan ġie pubblikat fil-ġurnal 'La Nazione'. Il-ġuri tiegħu se jibda fit-3 ta' Frar fl-Italja. L-abbużi jmorru lura mill-2012 u skont ix-xhiedha tat-tfal dawn l-abbużi ġraw fit-toilets tal-iskola fejn dan il-purtinar kien jinża u jġiegħel lil dawn it-tfal jagħmlu atti sesswali miegħu.
Il-purtinat ġie arrestat f'dahru sa ma jibda l-ġuri u qed jgħid li din kollha gidba ivvintata mit-tfal li ftehmu bejniethom li jirrakuntaw din l-istorja ivvintata.
L-inkjesta kienet bdiet wara li tifla bdiet turi sinjali ta' bidla fil-personalita tagħha, li beda jkollha kriżi isteriċi u kienet tuża lingwaġġ vulgari. Kien psikologu fi sptar ta' Firenze li beda jisuspetta li din it-tifla kienet abbużata sesswalment. Fl-iskola kienu ġew stallati vidjo kameras moħbija u anke microphones, iżda dawn qatt ma qabdu xejn bħala provi. Anki l-analiżi tal-kompjuter tiegħu ma ħarġu l-ebda riżultati pożittivi dwar li xi pedofelija.