Għal ħabta tas-7pm mara ta' 40 sena, sid ta' banka tal-lottu li tinsab fi Triq San Tumas fejn l-istabbilment tad-Dinitrol Ħal Luqa, kienet għadha kif għalqet il-banka. Kif kienet sejra għal karozza, li kienet ipparkjata fi Triq Ġużeppi Micallef, ġiet avviċinata minn raġel mgħammad u liebes b'ġakketta sewda, imbuttaha, ħatfilha l-pouch li kien fih €950 u u b'madwar €240 fi cards tal-mobiles. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post u mhux magħruf jekk kienx qed jagħmel użu minn karozza.
Il-Pulizija tal-RIU marru fuq il-post u fejn għamlu tfittxija għal ħalliel li s'issa riżultat fin-negattiv. Il-vittma kellha xokk qawwi fuqha.
Il-pulizija tad-distrett qed jinvestigaw il-każ.