Refuġjat u 'avukat' Libjan jaqbad il-warrani ta' turista f'tal-linja

F'sakra ma jarax art qajjem kommossjoni sħiħa meta qabad warrani ta' Taljana

Refuġjat Libjan li jgħid li hu avukat ingħata sentenza ta' tliet xhur ħabs sospiża għal sena wara li ħass li l-pulizija kienet qed tgħaġġibha wisq bil-każ. 

L-inċident sar nhar il-Ħamis li għadda fl-10.30pm meta Abdelhamed Abde Qader ta' 27 sena li jgħix il-Marsa qabad il-warrani ta' mara fuq tal-linja meta kien f'sakra ma jarax art. Il-vjaġġ kellu jieqaf u t-tnejn ġew imniżżla mil-karrozza tal-linja wara l-kommossjoni li qamet. Il-pulizija arrestaw lil Libjan u ħallewh arrestat sa ma ġie f'sikktu u interrogawh wara. 

Qader ammetta l-akkużi li nġiebu kontrieh u għamel apoloġija għall-azzjonijiet tiegħu, iżda qal lil pulizija li interrogawh li ra xi ħaġa tad-daħk li l-pulizija għamluha daqshekk bi kbira. 

Il-Maġsitrat ħass li Qader wera nuqqas ta' rispett lejn din it-tfajla u n-nisa kollha u dan il-fatt il-qorti ma taċċettahx. 

Fuq in-naħa l-oħra l-qorti ħadet in konsiderazzjoni li Qader qed jistenna l-passaport biex ikun rilokat lejn pajjiż ieħor Ewropew u ma riditx ittelliflu din l-opportunità. 

More in Qrati u Pulizija