Adolexxenti ta' 17-il sena minn Florida Jamal Rutledge, ġie arrestat u mmanettjat minħabba li kiser il-kundizzjonijiet tal-parole. Il-pulizija li arrestah waqa' meta ħassu ħażin. Kien sofra minn dak li deher bħala attakk tal-qalb. Dan iż-żagħżugħ għamel minn kollox biex isib l-għajnuna għal dan il-pulizija flok ħarab minn fuq il-post. U kien mertu għalih u għal pulizija li għenu lil seħibhom biex il-pulizija salva ħajtu. Avolja kien manettjat Rutledge rnexxielu juża saqajh u leħnu biex jinnotifika żewġ pulizija oħra li kienu viċin.
Rutledge u ż-żewġ pulizija se jiġu onorati pubblikament mis-City of Fort Lauderdale talli salvaw ħajjet pulizija li kien qed jaqdi dmiru.