Is-segretarju ta' Nadur u ieħor jammettu li ppruvaw jixtru player tax-Xewkija

Jeħlu 4 xhur ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta' €1165

George Sultana ta' 34 sena li joqgħod l-Għarb u Anthony Portelli, is-segretarju ta' Nadur Youngsters u ex player tagħhoma ta' 33 sena minn Nadur ammettew l-akkuża tagħhom li nhar il-Ġimgħa ppruvaw jixtru player ta' Xewkija lejlet il-partita bejn Nadur u Xewkija li ntemmet b'rebħa tax-Xewkija li biha laħqu fil-quċċata lill-istess Nadur.

Kien l-ILLUM li ħareġ b'din l-istorja esklussiva l-bieraħ fejn l-ILLUm għandu informazzjoni  wkoll li wieħed minn dawk misjuba ħatja talli ppruvaw jixtru player hu uffiċċjal tal-club tan-Nadur. 

Iż-żewġt irġiel ammettew l-akkużi u weħlu 4 xhur ħabs sospiċi għal sentejn u €1165.
 

More in Qrati u Pulizija