Somalu mmultat €4000 talli ħebb għal Pulizija

Ikkundannat sitt xhur ħabs, sospiżi għal 18-il xhar

Somalu ta' 25 sena ġie ordnat iħallas multa ta' €4,000 u kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal 18-il xhar. Dan hekk kif attakka Pulizija wara li dan tal-aħħar qallu biex jiskot wara li beda jdejjaq diversi nies.

Il-każ seħħ nhar Jum ir-Repubblika fil-Marsa meta s-Hussen Abdi Rahman Hassan kien xurban. L-uffiċjal tal-Pulizija talab lil Hassan biex jiskot u dan minflok, beda joffendi lill-Pulizija u rrifjuta li jarmi l-kartuna tal-inbid li kien qed jixrob minnha.

L-akkużat irreżista l-Pulizija meta qallu biex imur l-għassa u anke pprova jagħtih daqqa ta' ponn. Hekk kif il-Pulizija pprova jimmanettjah, Hassan attakka lill-Pulizija u weġġgħalu spalltu.

L-akkużat ammetta li dakinhar kien fis-sakra u ma tantx jiftakar minn dak li ġara.

More in Qrati u Pulizija