Akkużat li stupra lil martu

Raġel ta' 54 sena mill-Furjana mressaq fil-Qorti t'Għawdex

Il-Pulizija ressqet raġel ta’ 54 sena, residenti l-Furjana, il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri.

Huwa ġie akkużat talli matul ix-xahar ta’ Marzu 2015 u kif ukoll fix-xhur u fis-snin ta’ qabel, ġewwa fond f’Għajnsielem, Għawdex, bi vjolenza ikkometta stupru u attentat vjolenti għall-pudur fuq il-persuna tal-mara tiegħu, fost akkużi oħra. 

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ingħata l-libertà proviżorja taħt depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 fost diversi kundizzjonijiet oħra.  Il-Qorti wkoll ħarġet ordni ta’ protezzjoni kontra l-akkużat u divjet rigward il-pubblikazzjoni tal-isem tal-akkużat u l-vittma.

More in Qrati u Pulizija