Jibda jinstema' l-każ tal-qtil f'Paceville fl-2012

Beda jinstema' l-każ tar-Rumen akkużat bi qtil ta' Sudaniż f'Paceville

Beda jinstema l-każ tar-Rumen Atonel Dobre li qed jiġi akkużat bil-qtil tas-Sudaniż ta' 24 sena Osama Al Shazliyay Saleh billi waqqgħu mal-art.

Il-ġurija semgħu kif għall-ħabta tas-6.30am tas-17 ta' Marzu 2012 waqt li Dobre kien fi Clique Bar f'Paceville, Saleh aċċidentalment laqat lil ħabib ta' Dobre waqt li kien sejjer għall-kamra tal-banju, u minħabba f'hekk infaraġ.

Dawn it-tnejn telqu mill-bar, u kif kienu barra, Saleh mar ħdejhom. F'dak il-ħin, Dobre ta daqqa ta' ponn lis-Sudaniż bis-saħħa tant li waqqgħu mal-art. Saleh habat rasu mal-bankina u ntilef minn sensih u bl-impatt tad-daqqa mal-bankina, qasam rasu u beda jitlef id-demm.

Saleh kien brain dead u ntfewlu l-magni tlett ijiem wara, fl-20 ta' Marzu, 2012.

Ir-Rumeni ġew identifikati wara li saret investigazzjoni tal-pulizija u nħargu l-filmati tas-sigurtà. Il-Pulizija ta' Malta ħarġu mandat t'arrest għal Dobre li inġieb Malta. Dobre telaq minn Malta 5 sigħat wara l-inċident, però b'mod volontarju xtara biljett lura lejn malta meta sar jaf li l-Pulizija kienet qed tfittxu.

 

More in Qrati u Pulizija