Il-każ tal-eks xufier tal-ministru Mallia Paul Sheehan kompla fil-Qorti quddiem il-maġistrat Aaron Bugeja. Illum, xehed l-espert tal-ballistika fejn qal li t-tieni tir li ġie sparat kienu saru f'distanza ta' madwar 40 metru.
Inġabar ukoll bullet mill-pajp tal-fuel tal-istess karozza.
Sheehan huwa akkużat b'attentat ta' qtil ta' Stephen Spiteri li kien laqat il-karozza ministerjali li kienet ipparkjata fid-19 ta' Novembru li għadda.
L-esperti tal-ballistika John Casha u Jesmond Cassar xehdu u qalu li mill-investigazzjoni li saret fuq il-bullets, l-ewwel bullet kien daħal fil-bumper ta' wara, waqt li t-tieni wieħed laqat il-bieba waqt li l-karozza kienet qed iddur kantuniera fi Triq Edgar Bernard, madwar 40 metru 'l bogħod.
Minkejja li l-ewwel tir kien fil-baxx u ma seta' jolqot lil ħadd, it-tieni wieħed ħabat għal diversi drabi, qalu l-esperti, waqt li esprimew li ferita ta' bullet minn dik id-distanza tista' twassal ukoll f'mewt jekk jintlaqat xi organu vitali.
Minkejja dan, l-avukat ta' Sheehan, Edward Gatt, ikkontesta l-evidenza minħabba li qal li l-esperti ma setgħux jagħtu l-opinjoni tagħhom jekk kienu membri tal-pulizija.