Dobre ħati imma skużat għax ġie pprovokat

Antonel Dobre nstab ħati li kkaġuna feriti li wasslu għall-mewt ta' raġel Sudaniż fl-2012

Antonel Dobre
Antonel Dobre

Wara seba' sigħat ta' deliberazzjoni, il-Qorti sabet lil Antonel Dobre ħati tal-akkużi miġjuba kontrih - li kkawża l-mewt ta' raġel Sudaniż f'Paceville fl-2012. Il-ġurati qalu li madanakollu r-reat kien skużabbli għax kien provokat.

Tmien voti kontra wieħed, Dobre instab ħati mill-ġurati li kkaġuna ferita gravi li wasslet għall-mewt tar-raġel. Seba' voti kontra tnejn sabu lil Dobre ħati talli kiser il-paċi pubblika.

Dobre issa jaf jintbgħat massimu ta' 13.2 sena ħabs, b'minimu ta' 4 snin. Il-piena mistennija titħabbar aktar tard - hekk kif l-Imhallef Antonio Mizzi sema kemm id-difiża mmexxija minn l-Avukat Roberto Montalto, kif ukoll il-prosekuzzjoni mmexxija minn l-Avukati Nadia Attard u Kevin Valletta.

Dobre kkaġuna l-feriti li wasslu għall-mewt ta' Osama Al Shazliay Saleh, magħruf bħala 'Sunshine', ta' 26 sena nhar is-17 ta' Marzu 2012. 

 

More in Qrati u Pulizija