Ilbieraħ għall-ħabta tas-1pm, mara Taljana kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla, Bormla.
Il-pulizija ssejħet fuq il-post fejn mill-istħarriġ tagħhom jidher illi l-mara ntlaqtet minn karozza Nissan March misjuqa minn raġel ta' 48 sena li joqgħod il-Kalkara.
Issejjaħ ukoll tim mediku fuq il-post li ta l-ewwel għajnuna lill-mara u ħadha l-Isptar Mater Dei f'ambulanza. Hemmhekk, il-mara ġiet iċċertifikata li ndarbet serjament.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.