Raġel ta' 71 sena jinstab mejjet fil-baħar qrib Kemmuna

Ir-raġel mix-Xewkija, Għawdex, kien qed jistad qabel ma nstab mill-pulizija

(Ritratt: mill-Arkivji)
(Ritratt: mill-Arkivji)

Raġel ta' 71 sena nstab mejjet fil-baħar qrib Kemmuna wara li ttella' mill-baħar bl-għajnuna tal-Forzi Armati ta' Malta.

Skont l-istħarriġ tal-pulizija, ir-raġel kien qed jistad iktar kmieni fil-ġurnata.

Ir-raġel deher mitluf minn sensih, iżda wara li l-FAM tellgħuh mill-baħar, dan ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u għalhekk ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin sabiex jiġu stabbiliti d-dettalji tal-każ.

More in Qrati u Pulizija