Tmien xhur ħabs għal traffikant tad-droga
Kooperazzjoni mal-Pulizija wasslet għal sentenza ħafifa
More in Qrati u Pulizija
Kooperazzjoni mal-Pulizija wasslet għal sentenza ħafifa
Raġel ta' 30 sena minn Ħal-Qormi ingħata senteza ta' 8 xhur ħabs u multa ta' €900 wara li ammetta li traffika d-droga ecstasy u kokaina lura fl-2008.
Neil Camilleri ġie arrestat fl-1 ta' Jannar fl-2008 fil-bar Lines f'Paceville fejn insab li kellu fil-pussess tiegħu tnax-il pillola ecstacy u borża kokaina.
Camilleri kien ħareġ stqarrija fejn ammetta li traffika d-droga ecsacy u kokaina wara li ġie interrogat mill-pulizija. Il-Qorti qalet li għalkemm din l-istqarrija saret mhux fil-preżenza ta' avukat, kienet se tiġi inkluża. Dak iż-żmien, din kienet prattik legali u f'dan il-każ, minħabba li l-akużat kellu 22 sena, il-Qorti ħasset li ma kienx vulnerabbli għal xi intimidazzjoni. Fil-fatt, l-akkużat kellu xi sentenzi oħra għal allegat falsifikazzjoni ta' dokumenti u użu ta' dokumenti foloz.
Fl-istqarrija tiegħu, l-akkużat ammetta li biegħ ħames pilloli fil-Ħamrun wara nofsinhar u tleita oħra meta wasal fil-bar. Qal ukoll li kien qed iżomm disa' pilloli oħra għal persuna oħra li kienet diġà ħallsitu, flimkien ma' tliet pilloli oħra għal persuna oħra li kienet għadha terid tħallsu. Kien qal lill-Pulizija li kien jixtri l-pilloli ecstacy għall-prezz ta' Lm3 u jbiegħhom għal Lm5. Min-naħa l-oħra, l-kokaina kien jixtriha għal Lm 25 kull gramma u jbiegħha għal Lm30. Qal ukoll li kien ilu madwar xaharejn jbigħ id-droga meta sar l-arrest.
Il-maġistrat Natasha Galeo Sciberras ikkunsidrat li l-akkużat minn sak iż-żmien "irriforma kompletament", meta kienet qed tikkwota rapport mill-probation officer li għid li Camilleri itex l-għajnuna mingħand l-aġenzija Sedqa. Ir-rapport kien jgħid ukoll li Camilleri kien sab xogħol stabbli.
Minħabba li ammetta kmieni u r-rakkomandazzjoni tar-rapport, Camilleri ingħata l-inqas sentenza possili, b'multa ta' €900 u 8 xhur ħabs.