20 sena ħabs għall-eks President Eġizzjan Morsi

Mohammed Morsi ħati talli inkoraġixxa l-qtil ta' dawk li bdew jipprotestaw kontrih

Mohammed Morsi
Mohammed Morsi

L-eks President Eġizzjan ingħata 20 sena ħabs wara li llum kien għaddej ġuri fuq l-inkoraġġiment għall-qtil ta' dimostranti li kienu qed jipprotestaw għar-riżenja tiegħu.

Morsi u mexxejja oħra tal-Muslim Brotherhood - il-partit tiegħu kienu akkużati talli ħeġġew lil dawk li jappoġjawhom sabiex joqtlu ġurnalist u dimostranti tal-oppożizzjoni fi ġlied li kien seħħ barra l-palazz tal-president lejn l-aħħar tal-2012.
 

 

More in Qrati u Pulizija