Il-kaċċatur li l-ġimgħa li għaddiet ġie mmultat u mogħti sentenza ta' ħabs wara li spara fuq spanjulett li huwa għasfur protett, ingħata l-ħelsien mill-arrest. Liema għasfur waqa' fil-bitħa tal-iskola St. Edward's fil-Birgu u wassal biex jingħalaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Kirsten Mifsud minn Bormla, magħruf bħala 'il-Benghazi', kien ġie mmultat €5000, waqt li ġie kkonfiskat is-senter, tneħħietlu l-liċenzja tal-kaċċa u ntbgħat il-ħabs għal sena.
Però, minħabba li kien appella mid-deċiżjoni tal-Qorti, Mifsud seta' jinħeles mill-arrest sakemm jinstema' l-appell.
L-Imħallef David Scicluna laqa' t-talba ta' Mifsud taħt diversi kundizzjonijiet. Fost il-kundizzjonijiet, Mifsud ma jistax jitkellem mat-tliet kaċċaturi xhieda fil-każ u li jiffirma fl-għassa ta' Bormla 3 darbiet fil-ġimgħa.
Dawn il-kundizzjonijiet saru fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €4,000.