Raġel ta' 30 sena li għandu l-vizzju tad-droga, ingħata probation ta' sentejn wara li ammetta li seraq mingħand ommu sabiex ikun jista' jmantni l-vizzju tad-droga tiegħu.
Il-Maġistrat Doreen Clarke semgħet kif Matthew Falzon ammetta li seraq €334 mid-dar ta' ommu f'Ħaż-Żabbar biex ikun jista' jixtri d-droga.
Il-Qorti ikkunsidrat ukoll il-fatt li Falzon ikkoopera mal-investigazzjoni tal-pulizija u wera li hu lest li jagħmel xi ħaġa sabiex jaqta' dan il-vizzju.
Il-Qorti tat sentenza ta' sentejn probation lil Falzon.
L-Ispettu Robert Said Sareo mexxa l-prosekuzzjoni.