Raġel ta' 34 sena mill-Ħamrun wieġeb li mhux ħati li weġġa' lil martu b'sikkina waqt argument li kellhom f'darhom.
Ir-raġel li ġie mressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia dalgħodu wieġeb li mhux ħati li kkawża feriti ħfief fuq martu waqt li heddidha u beżżagħha li se jweġġaħha.
Jidher li l-koppja kellhom argument f'darhom fil-Ħamrun għall-ħabta ta' nofsinhar nhar il-Ħadd meta f'daqqa waħda, ir-raġel aċċidentalment laqat lil mara b'sikkina.
Il-maġistrat tah il-ħelsien mill-arrest waqt li widdbu li dan kien l-aħħar ċans tiegħu. Il-Qorti ordnatu jħallas depożitu ta' €2000 u garanzija personali ta' €2000 waqt li ġie ordnat li ma jibqax joqgħod f'darhom fil-ħamrun u minflok imur jgħix ma' oħtu.