Il-familja Farrugia mill-Imsida saret waħda sinonima mal-iskandli tal-Futbol u x-xiri tal-players. Dan għaliex barra Adrian u Robert, li bħalissa jinsabu indagati fl-Italja fuq iffissar ta’ riżultati ta’ partiti tal-futball, xiri ta’ plejers u kowċis u mħatri illegali, hemm ukoll ħuhom l-ieħor ukoll eks plejer ta’ Msida li kien instab ħati fuq korruzzjoni tal-futbol Malti madwar 5 snin ilu.
Dan kien irrappurtat fuq il-ġurnal The Malta Independent fit-12 ta’ Jannar tal-2010 meta Tano Farrugia li dak iż-żmien kellu 32 sena kien inqabad it-Tuneżija jipprova jittrafika 50 gramma ta’ kannabis. Fil-fatt hu kien inżamm il-ħabs Tuneżin għal tliet snin sħaħ. Kien inħeles biss meta l-President Tuneżin kien ta maħfra lill-ħabsin wara r-rewwixti li kien hemm fit-Tuneżija. Hawn kienu ħarbu l-ħabsin mill-ħabs, iżda Farrugia kien issemma’ li baqa’ fil-post. Il-Gvern Malti dak iż-żmien kien talab il-ħelsien tiegħu.
Adrian Farrugia, l-manager tal-klabb Mosti, hu msemmi mill-Pulizija Taljana li flimkien ma’ ħuh Robert, li kien eks president ta’ Msida St Joseph, kienu mdaħħlin fl-iskandlu hekk imsejjaħ ‘Dirty Soccer’ flimkien ma’ Ċiniż li ismu għadu ma deher imkien. Skont l-Corriere Dello Sport tilfu €52,000 meta partita li suppost intrebħet minn tim intrebħet minn ieħor li suppost tilef.
L-istorja kollha tinsab fil-ħarġa tal-ILLUM