Barrani ta’ 69 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fl-inħawi magħrufa bħala Il-Kalanka limiti ta’ Dellimara llum għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs).
Minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jidher li r-raġel akkumpanjat minn martu, kien nieżel lejl il-baħar fl-inħawi msemmija meta għal xi raġuni waqa’ u ħabat rasu.
Ir-raġel li huwa ta’ nazzjonalita` Ingliża, ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura għall-ġrieħi serji li ġarrab. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.