Seraq mat-€30,000 f’antikitajiet
mill-Qorti

More in Qrati u Pulizija
mill-Qorti
Siro Lanzon ta’ 27 sena minn Wied il-Għajn inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq b’arrest fil-Qorti mixli li seraq mat-€30,000 f’antikitajiet minn dar faċċata ta’ fejn joqgħod - liema dar fiha ma joqgħod ħadd. Id-dar iżda tintuża bħala maħżen u fiha hemm għadd t’għamara antika.
L-Avukat difensur ta’ Lanzon talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni opponiet peress li għad fadal xi persuni li jridu jagħtu x-xhieda tagħhom. Il-Prosekuzzjoni rribattiet ukoll billi qalet li l-imputat kien tressaq il-Qorti dwar serq fil-passat.
Min-naħa tagħha l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest peress li l-imputat joqgħod fl-istess fejn hu allegat li seħħ il-każ.