Salametu Idris, Niġerjana ta’ 29 sena u li residenta fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Trapani, kienet ikkundannata għaxar xhur ħabs, li ġew sospiżi għal sentejn, wara li ammettiet fil-Qorti li użat dokumenti foloz biex vjaġġat mill-Italja għal Malta.
Idris waslet Malta b’passaport u karta tal-identità foloz biex tara lill-ħbieb tagħha, iżda nqabdet fl-ajruport meta kienet fi triqitha lura lejn l-Italja.
Il-Qorti kkundannat lill-Idris għal għaxar xhur ħabs sospiżi għal sentejn.