Heddew żewġ nisa b’sikkina fil-Gżira

mill-Qorti

Żewġ persuni Libjani, wieħed ta’ 19 u ieħor ta’ 22 sena u ġuvni Malti ta’ 15-il sena minn San Pawl-il Baħar tressqu l-Qorti fejn kienu akkużati b’serq u żamma ta’ żewġ persuni kontra l-volontà tagħhom.  Huma ġew ukoll akkużati li kkaġunaw ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq waħda mill-vittmi, bi strument li jaqta’ u bil-ponta u kif ukoll li kkommettew l-istess reati f’perjodi operattivi ta’ libertà proviżorja fost akkużi oħra.

L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontra tagħhom u ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.

Il-pulizija l-ewwel arrestat lil Malti ta’ 15-il sena li jgħix San Pawl il-Baħar u wara liż-żewġ żgħażagħ Libjani.

More in Qrati u Pulizija