Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq ammont ta’ flus minn banka tal-lottu għall-ħabta tat-15:15 fi Triq Hompesch, Il-Fgura.
Minn stħarriġ jirriżulta li s-serqa seħħet waqt li kien hemm biss sid il-banka, mara ta’ 53, preżenti. Bl-arma f’idu, s-suspettat minnufih talabha l-flus qabel ma ħarab minn fuq il-post.
L-ammont ta’ flus misruqa għadu mhux maghruf. Rondi fl-inħawi ġew intensifikati filwaqt li l-każ qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett tal-Fgura.
Sadattant, il-pulizija tappella li kull informazzjoni li jista’ jwassal biex tiġi solvuta din is-serqa, anke b’mod kunfidenzjali, tiġi aprezzata.