Tork f'qagħda kritika wara daqqiet ta' sikkina

L-inċident ġara wara argument fil-Gżira

Raġel t’40 sena, imwieled it-Turkija iżda residenti San Ġwann jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’argument li seħħ il-bieraħ 30 ta’ Mejju fi Triq ix-Xatt, il-Gżira għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart (2045hrs).

Mill-ewwel stħarrig li sar mill-Pulizija ta’ Tas-Sliema, jidher li r-raġel kien allegatament ferut minn raġel ieħor wara li għal xi raġuni qam argument bejniethom.  Fil-fatt ir-raġel sofra xi ġrieħi li x’aktarx saru permezz ta’ oġġett li jaqta’ u bil-ponta. 

Ir-raġel t’40 sena ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Il-Pulizija qiegħda żżomm persuna sabiex tgħinha fl-investigazzjonijiet tagħha.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Clarke LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

More in Qrati u Pulizija