Jixhed il-kuntrattur Għawdxi

mill-Qorti

Joseph Cauchi, il-kuntrattur Għawdxi li, iktar kmieni din il-ġimgħa, xehed fil-proċeduri ġudizzjarji fuq tixħim, kontra r-raġel tal-eks ministru Nazzjonalista Giovanna Debono rrisponda għal protest ġudizzjarju sottomess mill-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil.

Fil-kontroprotest li ddaħħal fir-reġistru tal-qrati Għawdxin nhar il-Ħamis, l-avukat Robert Abela ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel Busuttil fil-konfront tal-klijent tiegħu, u ddeskrivihom bħala “propaganda politika.”

Cauchi akkuża lill-Kap Nazzjonalista li kien qiegħed jipprova jinfluenza xhud, protett mill-liġi (imsejjaħ whistleblower) sabiex jixhed falz – li jikkonstata reat kriminali.

Fejn qabel ma xehed Cauchi fis-26 ta’ Mejju, skont il-kontroprotest, Busuttil kien stqarr li ltaqa’ ma’ Cauchi, fil-protest ġudizzjarju tiegħu, qiegħed jallega li Cauchi gideb.

Din tammonta għal stralċ tal-proċess ġudizzjarju billi titfa’ pressjoni żejda fuq il-maġistrat sedenti, argumenta Abela.

Il-kontroprotest tal-Ħamis huwa risposta għall- protest li ssottometta Busuttil wara li xehed Cauchi nhar it-Tlieta, fejn  ċaħad bil-qawwa kollha allegazzjoni li għamel Cauchi, fejn skond hui kien qala ċamata mingħand Busuttil talli baqa’ jaċċetta xogħolijiet mill-ministeru “għax il-PN kienet ser titlef l-elezzjoni.”

Busuttil kien qal li bidla fil-gvern mhix skuża biex wieħed ma jonorax obligazzjoni finanzjarja u allega li Cauchi kien qiegħed jipprova jpattiha wara li rrealizza li mhux ser jitħallas għax-xogħlijiet illeċiti.

More in Qrati u Pulizija