Mubarak se jerġa' jitressaq il-qorti għat-tielet darba

L-aħħar li nstema' l-każ kien inħeles mill-akkużi tal-qtil ta' 800 dimostrant

Qorti tal-appell fl-Eġittu ordnat sabiex jerġa' jibda l-proċess quddiem il-qorti tal-eks President Hosni Bumarak. Huwa ser jerġa' jitressaq fuq il-qtil ta' dimostranti fl-2011.

Mubarak kien inħeles mill-akkużi f'Novembru tal-2014, wara li oriġinarjament ingħata għomru l-ħabs għall-mewt ta' 800 persuna waqt ir-rivoluzzjoni li kienet faqqset fl-Eġittu.

Kien ukoll instab ħati ta'  korruzzjoni u ingħata tliet snin ħabs aktar kmieni din is-sena.

Mubarak, ta' 87 sena bħalissa jinstab fl-Isptar Militari Maadi fil-Kajr.

Il-Qorti tal-Kassazzjoni qalet li Mubarak ħa jerġa' jitressaq il-qorti fil-5 ta' Novembru - jiġifieri it-tielet darba li ħa jerġa' jinstema l-każ.

Mubarak, li kien president għal kważi 30 sena, irreżenja fi Frar tal-2011 wara li kien hemm dimostrazzjonijiet kbar kontrih.

 

More in Qrati u Pulizija