Mosti ta' 45 sena fil-periklu tal-mewt

Il-passiġiera li kellu miegħu ħelsitha bi ġrieħi ħfief

Dal-lejl, għall-ħabta ta’ nofsillejl u ħamsa (0005hrs), raġel ta’ 45 sena, residenti l-Mosta ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kellu inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.

Ir-raġel kien qiegħed isuq mutur tat-tip Piaggio Vespa meta għal xi raġuni ħabat mar-roundabout u skiddja.  Flimkien mar-raġel kien hemm passiġġiera – mara ta’ 36 sena, imwielda Sarajevo iżda residenti San Ġiljan.

Ix-xufier tal-mutur weġġa’ gravement u ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-mara qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija ta’ San Giljan għadhom għaddejjin.

 

More in Qrati u Pulizija