L-editur maniġerjali Saviour Balzan u l-ġurnalist Matthew Vella nħelsu minn libell kriminali, wara allegazzjonijiet li saru mill-eks kap tal-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS Natalino Fenech, hekk kif dawn l-allegazzjonijiet ma kellhomx biżżejjed provi.
Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale ddikjarat li Matthew Vella, bħala l-editur tal-gazzetta ta' nofs il-ġimgħa tal-MaltaToday, fl-2008 kellu dritt għal tweġiba mibgħuta minn Fenech fl-istess żmien li jagħti l-Att dwar l-Istampa.
Min-naħa tiegħu, Saviour Balzan ġie lliberat hekk kif it-taħrika tal-pulizija ma kinitx tidentifikah b'mod ċar bħala akkużat fil-każ.
Fenech kien għamel rapport wara d-dritt għal tweġiba tiegħu, li ridet tagħti tweġiba lil żewġ affarijiet li dehru fil-MaltaToday tal-Erbgħa, kif ukoll dik ta' nhar ta' Ħadd. It-tweġiba ntbaghtet lil Vella, bħala l-editur tal-edizzjoni tal-Erbgħa, imbagħad ġiet ippubblikata fit-tieni edizzjoni tal-ġimgħa wara li l-ittra ġiet irċevuta.
Għal dawn l-aħhar seba snin, MaltaToday sostniet li l-każ ta' libell ta' Fenech kien "vessatorja", minħabba li t-tweġiba tal-eks editur ġiet ippubblikata sħiħa fl-edizzjoni tal-MaltaToday ta' nhar ta' Erbgħa.
Id-dritt ta' tweġiba ta' Fenech, tweġiba għal artiklu li nkiteb minn Balzan u storja li dehret fil-MaltaToday ta' nhar ta' Erbgħa, kienet indirizzata lill-Vella