Koppja Taljana jiġru wara ajruplan biex jipprovaw iwaqqfuh

L-ajruplan tar-Ryanair kien sejjer Bari u kellu jieħu lill-koppja lura d-dar

Matteo Clemenri u Enrica Appollonio
Matteo Clemenri u Enrica Appollonio

Koppja Taljana ġew akkuzati li kisru s-sigurtà tal-ajruport f'Malta meta ħarġu jiġru fl-apron tal-ajruport biex jipprovaw iwaqqfu ajruplan tar-Ryanair li kien se jitlaq l-Italja mingħajrhom.

It-Taljani, Matteo Clementi ta' 26 sena u Enrica Apollonio ta' 23 sena sostnew mal-qorti li damu sagħtejn biex waslu mil-lukanda li kienu fiha f'Paceville sal-ajruport/

Jidher li l-koppja għamlet ic-check in, u ġriet sabiex tilħaq il-gate iżda l-membru tal-ekwipaġġ rrifjutat li ttellagħhom fuq l-ajruplan minħabba li l-gate kienet għalqet. Kien hawn li t-tnejn ġrew sal-gate li jmiss, zgassaw bieb tas-sigurtà, u bdew jiġru sal-apron fejn bdew jagħmlu sinjal lill-piloti biex iwaqqfulhom l-ajruplan ħalli jkunu jistgħu jitilgħu. L-ajruplan kien għadu wieqaf, iżda l-magni kienu diġà nxtelgħu u t-taraġ kien leħaq tneħħa. Il-koppja ġew arrestati mill-membri tas-sigurtà li marru jiġru warajhom.

Il-koppja ammettiet fil-qorti li kisret iż-żona ristretta mingħajr l-awtorizzazzjoni.

L-avukat tad-diviża Robert Montalto qal li l-klijenti tiegħu ma kellhomx flus biex iħallsu l-multi li f'dawn il-kazijiet jibdew minn €2,329, u b'hekk talab lill-qorti għal sentenza ta' ħabs sospiża minħabba li din kienet l-ewwel offiża kriminali tagħhom.

L-ispettur tal-proesekuzzjoni Silvio Magro oġġezzjona minħabba li qal li dan ikun qed jibgħat messaġġ li l-ksur tas-sigurtà fl-MIA ma jittieħdux bis-serjeta.

Il-Maġistrat Doreen Clarke imponiet multi minimi fuq it-Taljani u aċċettat it-talba tal-avukat biex il-multa titħallas ftit ftit.

L-MIA min-naħa tagħhom qalu li l-passiġġieri sgassaw wieħed mill-bibien li jintużaw f'każ ta' emerġenza, fejn qalu li l-azzjonijiet tagħhom kienu jmorru lil hinn mill-kontroll li għandha l-kumpanija, u li ma kinitx negliġenza min-naħa tal-membri tas-sigurtà tal-MIA.

More in Qrati u Pulizija