Erin Tanti, l-għalliem akkużat bil-qtil ta' waħda mill-istudenti tiegħu ngħata l-libertà proviżorja wara li għamel 15-il xahar f'arrest preventiv.
Tanti, ta' 24 sena ġie akkużat bil-qtil volontarju ta' Lisa Marie Zahra ta' 15-il sena u li inkoraġġixxa s-suwiċidju tagħha nhar id-19 ta' Marzu tal-2014, wara li t-tnejn li huma nstabu taħt l-Irdum ta' Ħad-Dingli.
Aktar kmieni din is-sena huwa ġie miċħud l-libertà proviżorja.
L-Imħallef Antonio Mizzi ta l-libertà proviżorja lil Tanti fuq depożitu ta ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €50,000, kif ukoll li jiffirma fl-għassa ta' San Ġiljan u ma joħroġx mid-dar wara ċertu ħin stipulat.