Franċiż iweġġa’ f’ħabta ... il-pulizija ssiblu d-droga

Żagħżugħ Franċiż ta’ 25 sena jsofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku, l-pulizija ssibulu 65 gramma ta’ kannabis waqt li qed jgħinuh

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Raġel Franċiż li l-bieraħ spiċċa l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fil-Gżira ser ikun qed jitressaq fil-Qorti fil-ġranet li ġejjin wara li kellu 65 gramma ta’ kannabis fil-pussess tiegħu.

Il-pulizija qalet li l-bieraħ wara nofsinhar, raġel Franċiż ta’ 25 sena kien involut ta’ inċident tat-traffiku fi Triq San Albert, il-Ġżira wara li għal xi raġuni ntlaqat minn vettura ta’ tip Toyota Cami misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Gżira stess.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 25 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, u ftit wara ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Madankollu, waqt li kien qed jingħata l-għajnuna, r-raġel instab fil-pussess tal-kannabis u ammont ta’ flus kontanti, u għaldaqstant se jkun mressaq il-Qorti malli joħroġ mill-isptar.

Investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija tad-distrett għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija