Il-Pulizija arrestat raġel waqt li allegatement kien qed jistupra tfajla Svediża fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Il-pulizija qalet li għall-ħabta tal-4:30am ġiet infurmata permezz ta’ telefonata anonima li allegatament kien qed iseħħ stupru fi Triq Gerry Zammit, il-Gżira. Minnufih, il-pulizija tad-distrett flimkien ma’ tal-RIU, maru fuq il-post indikat lilhom u waqfu lir-raġel li allegatament kien qiegħed jistupra lit-tfajla.
Il-Pulizija tad-distrett flimkien ma’ tal-RIU marru minnufih fil-post indikat lilhom u bl-intervent f’waqtu tagħhom irnexxielhom iwaqqfu raġel, li allegatament kienet qiegħed jistupra tfajla.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla, ta’ nazzjonalità Svediża, l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, filwaqt li r-raġel, ta’ nazzjonalità Somala ġie miżmum mill-Pulizija.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.