Anzjan kellu jingħata l-għajnuna medika wara li nqabad fir-residenza tiegħu li ħadet in-nar aktar kmieni llum.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:30am fi Triq l-Imrabbat, f’ San Ġiljan, meta għal xi raġuni li mhux magħrufa, residenza privata ħadet in-nar. Sid il-proprjetà, anzjan, inqabad ġewwa u grazzi għall-ħidma tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili, ġie evakwat mill-bitħa tad-dar.
Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom ukoll jikkontrollaw in-nirien. Wara li ħarġu r-raġel, il-pumpiera ħarġu wkoll erba’ ċilindri tal-gass li kienu fil-periklu li jisplodu.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tagħti għajnuna medika lill-anzjan wara li dan sofra xi ħruq u bela’ xi duħħan.