Żagħżugħ irrapurtat nieqes, ilu ma jidher minn nhar it-Tlieta

Żagħżugħ Russu ta’ 19-il sena irrapurtat nieqes wara li ma rritornax id-dar

Pavel Zakarechkin ġie rrappurtat nieqes wara li ma rritornax id-dar
Pavel Zakarechkin ġie rrappurtat nieqes wara li ma rritornax id-dar

Żagħżugħ Russu ta’ 19-il sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija wara li ma rritornax id-dar mit-Tlieta li għadda, l-4 ta’ Awwissu.

Iż-żagħżugħ, Pavel Zakarechkin, hu rqiq u ta’ statura medja. Għandu xagħru kannella ċar u qasir, u għajnejh huma kannella. L-aħħar li deher, iż-żagħżugħ Russu kien liebes qmis griża, qalziet u żarbun iswed, kif ukoll basket iswed.

Hu jitkellem bl-Ingliż, iżda b’aċċent Russu.

Fi stqarrija, il-Pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku u appellat biex min ghandu xi informazjzoni, jċempel fuq in-numru 119, anke b’kunfidenzjali.

More in Qrati u Pulizija