Ikkonfermata l-istorja tal-ILLUM: Id-Daniża li nstabet mejta f’qiegħ wied f’Għawdex kienet fgata

Il-pulizija tgħid li Vera Holm, l-anzjana Daniża ta’ 72 sena li kienet irrapurtata nieqsa u sussegwentament nstabet mejta, giet fgata

Vera Bodil Engelbrecht Holm. l-anzjana Daniża ta’ 72 sena li nstabet mejta, mingħajr ħwejjeġ, u f’għadira ilma f’ qiegħ wied f’Marsalforn fis-26 ta’ Lulju kienet maqtula wara li ġiet fgata.

L-anzjana Daniża, li sussegwentement ġiet identifikata bħala Vera Holm, ta’ 72 sena, instabet mejta fil-Wied tal-Grazzja, nhar is-26 ta’ Lulju, jumejn biss wara li kienet irrapurtata nieqsa. Hija nstabet wiċċha ’l isfel f’għadira ilma u għarwiena. Il-handbag tagħha, li fih kien hemm madwar €300 fi flus kontanti, il-passaport, u l-mowbajl baqa’ ma nstabx – li skont sorsi seta’ kien attentat mill-aggressuri biex ma jħallux traċċi.

Sorsi fi ħdan il-pulzija li tkellmu ma’dan il-ġurnal nhar il-Ħadd li għadda, sostnew kif minħabba ċ-ċirkostanzi dubjużi, l-każ kien qed jiġi trattat bħala qtil.

Dan ġie kkonfermat mill-pulizija llum waranofsinhar, li fi stqarrija qalet li d-Daniża kienet maqtula kawża ta’ asfissja wara li ġiet fgata.

Minkejja li l-pulizija kkonfermat il-kaġun ta’mewt il-mara, għadu mhux mag ħruf kif il-katavru tag ħha spiċċa f’qiegħ wied, kwazi tliet kilometri ‘l bogħod minn fejn kienet ntelmħa għall-aħħar darba.

Il-pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku għal min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ. Kull min għandu xi informazzjoni, mitlub iċempel fuq in-numri 119 jew 21224001 jew imur l-eqreb għassa tal-pulizija. 

AQRA IKTAR: Kollox jindika li l-mewt tal-anzjana Daniża kien qtil

Eżamijiet forensiċi li saru fuq il-katavru tal-mara kkonfermaw kif il-mara kellha daqqa fil-kranju, tbenġil f’sidirha u kustilja mkissra. Madankollu, dawn il-ġrieħi ma kinux fatali u l-kaġun aħħari ta’ mewt l-anzjana kien għadu mhux magħruf u għalhekk, il-pulizija orndaw aktar eżamijiet forensiċi.

Vera Holm waslet Malta fid-19 ta’ Lulju għall-btala f’Għawdex. Hija kienet akkumpanjata mir-raġel tat-tifla, ż-żewġ uliedu u anke ħu r-raġel tat-tifla.

Huma kellhom jitilqu minn Malta ġimgħa wara, propju fl-istess ġurnata li l-anzjana nstabet mejta. Sadanittant, il-qraba tal-vittma rritornaw lura d-Danimarka.

 

More in Qrati u Pulizija