Il-Qorti ffriżat l-assi kollha tal-awditur Joe Sammut wara li ġie mressaq il-Qorti fuq diversi akkużi relatati ma frodi, ħasil ta' flus, ffalsifikar u miżapproprijazzjoni.
Sammut ġie mressaq fuq total ta' 11-il kawża illum, inkluż ksur tad-dmirijiet professjonali tiegħu bħala awditur, ffalsifikar ta' dokumenti u ħasil ta' flus.
Iktar qabel...
L-awditur Joe Sammut mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tal-11 ta' filgħodu, wara li iktar kmieni dan ix-xahar ingħata l-libertà proviżorja wara allegazzjonijiet li għen ċittadini Libjani jakkwistaw permessi ta' residenza billi joħloq kumpaniji foloz.
Sammut, iktar kmieni dan ix-xahar kien qed jiġi mistoqsi dwar dawn l-allegazzjonijiet dwar ir-reġistazzjoni ta' mijiet ta' kumpaniji Libjani f'Malta.
Dan wara ammissjoni minn Libjan li huwa kien iffalsifika informazzjoni tal-kumpanija sabiex jakkwista permess tar-residenza. Mill-investigazzjoni tal-Pulizija, però irriżulta li kuntrarju ta' li kien qal, huwa ma kienx jaf jitkellem bl-Ingliż u kemm kellu ishma fil-kumpanija.