Żewġ ġuvintur ta’ tlettax-il sena indarbu meta allegatament ġabru logħob tan-nar minn għalqa fil-Munxar, Għawdex.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar meta l-ġuvintur sabu l-imsemmi nar.
Huma sussegwentament ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn wieħed mill-ġuvintur li huwa residenti l-Munxar stess ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġireħi ħfief filwaqt li l-ġuvni l-ieħor li huwa residenti x-Xlendi ndarab serjament iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Aktar stħarriġ għadu għaddej mill-Għassa tar-Rabat, Għawdex, filwaqt li nħatru diversi esperti sa biex jassistu lill-Maġistrat inkwerenti.
Investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.