Għawma bla ħwejjeġ wasslithom sal-għatba tal-qorti

Żewġ barranin ittellgħu l-qorti wara nofs in-nhar għax għumu bla ħwejjeġ

Piotr Roznerski ta' 26 sena mill-Polonja u Monika Piotrowska ta' 23sena mir-Repubblika Ċeka spiċċaw fuq l-għatba tal-qorti wara li dal-lejl iddeiċidew li jgħumu għarwenin fis-sigħat bikrin u għalhekk wettqu offiża kontra d-diċenza u l-morali.

Iż-żewġ żgħażagħ barranin ingħataw il-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien 12-il xahar.

More in Qrati u Pulizija